Barranin
50 jum qabel Brexit: May b’sensiela ta’ laqgħat fi Brussell

50 ġurnata qabel ir-Renju Unit ippjanat li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Ingliża Theresa May kellha sensiela ta’ laqgħat fi Brussell bit-tama li tkompli d-diskussjoni dwar ftehim ta’ Brexit li jkun aċċettabbli għall-Parlament Ingliż, speċjalment fuq il-kwistjoni tal-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Waqt li qablu li għandu jkun hemm aktar diskussjonijiet, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea baqgħet li l-ftehim dwar Brexit m’għandux jerġa’ jinfetaħ.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May kellha laqgħat mal-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex tipprova tikseb konċessjonijiet ġodda għal ftehim dwar il-Brexit, wara li dan ma ġiex approvat mill-Parlament Ingliż, u anke għamel proposti biex ikun emendat. Mal-wasla tagħha fil-bini tal-Kummissjoni Ewropea, l-Prim Ministru May intlaqgħet minn dimonstranti Ingliżi, jinsistu fost oħrajn li r-Renju Unit ma joħroġx mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

“What I see and hearfrom leaders is a desire for us to work together, to ensure that we can deliver the UK leaving the European Union, with a deal. My work is to deliver Brexit, to deliver it on time, and I’m going to be negotiating hard in the coming days to do just that,” qalet May.

Fi tmiem il-laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, kelliem għall-kummissjoni qal li fil-laqgħa ntlaħaq qbil għal aktar diskussjonijiet biex jiġi evitat ħruġ mingħajr ftehim. Il-Prim Ministru May qalet li l-mexxejja Ewropew jinsabu determinati li Brexit isir bi ftehim.

Dwar il-laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, qalet li għamlitielu ċara li ma taqbilx miegħu meta qal li dawk li ħadmu għal Brexit hemm post speċjali għalihom fl-infern.

“I’ve raised with President Tusk the language that he used yesterday, which was not helpful, and caused widespread dismay in the UK. The point I made to him is that we should both be working to ensure that we can deliver a close relationship, between the United Kingdom and the EU in the future, and that’s what he should be focusing on.”

Il-President Ewropew Antonio Tajani, li wkoll iltaqa’ mal-Prim Ministru May, spjega l-pozizzjoni tal-Parlament Ewropew, u wissa li mingħajr ftehim ikun hemm katastrofi ekonomika. “The parliament fully supports the withdrawal agreement negotiated by Michelle Barnier, it is the only solution that guarantees orderly Brexit, and the peace in Ireland and the integrity of the internal Market.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Inġliż, Jeremy Corbyn, qal li r-Renju Unit għandu jevita li joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, u li l-Partit Laburista Ingliż ser jagħmel minn kollox biex jevita din is-sitwazzjoni li tista’ sseħħ fi żmien 50 jum.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Aktar