Tfal
50 kelma lil kull tifel u tifla biex jesprimu ruħhom f’ambjent sikur fuq l-internet

Il-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjetà nediet pjattaforma online fejn it-tfal jistgħu jaqsmu il-ħsibijiet u modi prattiċi li jiġu ffaċċjati kuljum minħabba il-pandemija u kif qed jirnexxielhom jegħlbu l-isfidi.

Bl-iskejjel magħluqin u kostretti jibqgħu d-dar, t-tfal żiedu il-preżenza tagħhom fuq l-internet. Il-koordinatur tat-taqsima li tiffoka fuq it-tfal fi ħdan il-fondazzjoni għall-ġid tas-soċjetà Angela Caruana, qalet li t-tfal qed jidħlu f’diversi siti li m’għandhomx protezzjoni.

Qalet li għal dan il-għan, tnediet paġna fuq Facebook bl-isem here4u.mt, li permezz tagħha il-fondazzjoni trid tifrex is-servizzi tagħha lil hinn mit-80 membru li twettaq ħidma magħhom kuljum. Hija żiedet li l-ewwel żewġ attiviatjiet se jindirizzaw il-kreattività fost t-tfal waqt li jżommuhom f’ambjent sikur.

“50 kelma qed nagħtu spazju lit-tfal li jridu jiktbu xi storja. L-unika kundizzjoni hi li jistgħu jużaw biss sa 50 kelma. U l-kuluri u jien qed nagħtu ċ-ċans lit-tfal jaqsmu ix xogħol b’any creative ideas li qed jagħmlu. Wara dawn il-15-il gurnata kull xogħol se jitla’ f’esebizzjoni online fuq il-facebook li qed inniedu illum,” qalet il-koordinatur tal-hub tat-tfal, Angela Caruana.

Il-President Emeritu u Chairperson tal-fondazzjoni, Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-paġna se sservi biex it-tfal jiddiskutu u jitkellmu dwar il-ħolm, l-aspirazzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet dwar affarijiet li jolqtu lilhom jew lil ta’ madwarhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ċifri tal-Eurostat juru li fir-raba’ xahar li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu qegħdin iħabbtu wiċċhom mal-pandemija li laqtet fil-laħam il-ħaj l-attività ekonomika, il-qgħad fil-pajjiżi membri żdied b’aktar minn kwart ta’ miljun…

Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Aktar