
Sena rekord oħra għat-trasport pubbliku f’Malta, fejn din is-sena 50 miljun passiġġier użaw it-trasport, bin-numri stmati li jaqbżu il-52 milun sal-aħħar tas-sena. Dawn il-figuri jfissru li Malta Public Transport rreġistrat żieda ta’ 30% fil-passiġġieri mill-2015, l-ewwel sena ta’ operat. Iż-żieda fil-passiġġieri saret fil-kategoriji kollha, kemm resident, kif ukoll turisti.
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali qal li l-Gvern jemmen li t-trasport pubbliku mingħajr ħlas għandu jkun ta’ benefiċċju għal bosta familji u għalhekk il-Gvern iddeċieda li jkompli jibni fuq dawn is-suċċessi u s-sena d-dieħla se jalloka aktar minn €3 miljun biex jagħti t-trasport pubbiku b’xejn lil kull min għandu bejn 14 u 20.
Kathleen ingħatat sorpriża meta ġiet ippreżentata bi btala fi Spanja għal tnejn min-nies kif ukoll sena vjaġġi b’xejn ma’ Malta Public Transport. Il-passiġġiera kienet milqugħa fil-venda tal-Belt mill-General Manager ta’ Malta Public Transport Konrad Pulé, li ppreżentalha r-rigal.
Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…
Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ġnien fil-Foss tal-Belt Valletta li sar b’investiment ta’ €5 miljun. Il-ġnien, li se jkompli jagħti dehra xierqa lid-daħla tal-Belt wara li tlesta l-proġett tat-Tritoni mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni…
Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…