Lokali
50 NGO jibbenefikaw minn taħriġ dwar il-parteċipazzjoni u l-kontribut fl-iżvilupp tal-politika

Ħamsin għaqda mhux governattiva bbenefikaw minn taħriġ dwar il-parteċipazzjoni u l-kontribut attiv tagħhom fl-iżvilupp tal-politika. Għall-proġett ENGAGE ntużaw €132,000 mill-Fond Soċjali Ewropew. Dawn l-għaqdiet mhux governattivi bbenefikaw minn għarfien tekniku dwar kif jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-fora nazzjonali u Ewropej. Dan kien jinkludi taħriġ dwar komunikazzjoni effettiva, preżentazzjoni ta’ fehmiet dwar dokumenti speċifiċi u iktar opportunitajiet ta’ networking.

F’seminar li ġab fi tmiemu dan il-proġett, il-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, responsabbli għad-Djalogu Soċjali, Carmelo Abela, qal li d-djalogu pubbliku hu fundamentali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod demokratiku. Il-Ministru Abela qal li l-Gvern qed iħares lejn modi kif jista’ jtejjeb il-kwalita’ tad-djalogu soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li d-djalogu soċjali hu kruċjali għall-kompetitività u għall-ħarsien tal-mod ta’ ħajja tagħna.

Aħbarijiet Oħra

Malta llum qed tfakkar is-56 anniversarju minn meta kisbet l-Indipendenza. Għal din l-okkażjoni, Festivals Malta flimkien mal-Kumitat Festi Nazzjonali qed jiġu organizzati dawn l-attivitajiet. Dalgħodu fid-9.30 a.m. quddiesa Pontifikali u kant…

Fi tmiem 12-il siegħa maratona Għinuna Ngħinukom il-Maltin u l-Għawdxin reġgħu urew kemm huwa poplu ġeneruż hekk kif ilbieraħ inġabru €1,010,985 b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Il-President George Vella…

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. https://www.facebook.com/MCCFFmalta/photos/a.233363666290/10158854032931291/ Il-maratona li qed tixxandar dirett fuq Television Malta bdiet f’nofsinhar b’waqfa għall-aħbarijiet…

Aktar