Droga
50 persuna rriformaw ruħhom permezz tal-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga

Erba’ snin mid-dħul tal-liġi dwar il-pussess ta’ kwantitajiet żgħar ta’ droga għall-użu personali u miżuri oħra għar-riabilitazzjoni, kien hemm 2,710 persuna tressqu quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja, Vicky Scicluna flok spiċċaw fl-awla tal-qorti. Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li huwa sodisfatt li b’din il-liġi aktar persuni qed jingħataw iċ-ċans biex joħorġu mill-vizzju tad-droga.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga – Trattament mhux Priġunerija – qed jipprovdi metodi diversi ta’ kif persuni akkużati b’offiżi relatati mad-droga jingħataw għajnuna u inċentivi sabiex joħorġu mill-vizzju tad-droga.

Il-Ministru Bonnici qal li f’sentejn kienu biss 88 persuna minn aktar minn elfejn li nstabu ħatja darbtejn fuq pussess tad-droga. Qal bil-miżuri f’din il-liġi, persuni li kienu akkużati li kellhom ftit droga għall-użu personali tagħhom ħarġu mill-vizzju tad-droga.

Il-Ministru Bonnici qal “kuntent immens li kellna 50 persuna li bis-saħħa tal-liġi l-ġdida irriformaw ħajjithom u ngħataw il-possibilità li jkomplu b’ħajjithom”.

Il-Ministru Bonnici qal li l-liġi pprovdiet ukoll li f’każ ta’ pussess aggravat u ċerti każijiet ta’ traffikar, il-Qorti tal-Maġistrati tista’, wara li ssirilha talba mill-akkużat stess, tirreferi lill-akkużat quddiem il-Bord għar-Rijabilitazzjoni mid-Droga biex jingħata l-għajnuna.

B’din il-liġi, persuni li jinqabdu l-ewwel darba b’pussess ta’ 2 grammi eroina jew kokaina, jew 2 pilloli ecstasy, inkella 3.5 grammi kannabis ma jittellgħux il-Qorti u minflok jidhru quddiem it-tribunal.

Il-persuni li jinqabdu għat-tieni darba, jidhru quddiem il-Bord ta’ Riabilitazzjoni mmexxi mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello biex isir pjan għar-riabilitazzjoni għalihom. Fl-aħħar erba’ snin il-bord ra 134 każ minn dawn. Dr Bonnici qal li ħafna minn dawn il-każijiet huma ta’ żgħażagħ li għandhom bejn it-18 u d-29 sena.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Lokali

Fil-Palazz tal-President, ingħataw il-ġurament tal-ħatra tliet Imħallfin u tliet Maġistrati ġodda. Il-ġuramenti tal-ħatra ngħataw mill-President George Vella li ħeġġeġ lill-Gvern biex ifassal u jimplimenta l-miżuri li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura kif…

Aktar