Mużika
50 sena ilu Mike Spiteri beda l-karriera mużikali tiegħu – x’jaħseb dwar il-kanzunetta Maltija?

Min jaf kemm-il darba smajna l-kanzunetti ‘Fjura fil-kantina’ jew ‘Fejn Tħobb il-Qalb’ li minkejja li qatt ma rebħu festivals huma fost l-aktar kanzunetti popolari bil-lingwa Maltija.

F’għeluq il-ħamsin sena mill-bidu tal-karriera, Mike Spiteri qalilna li kantahom eluf ta’ drabi u jistqarr li mhux minnu li l-Malti hu aħrax wisq u li bih ma jistax ikollna kanzunetti melodjużi.

Ħamsin sena ilu, Mike Spiteri kanta fuq il-palk għall-ewwel darba u ftit wara ġie mistieden jkun il-kantant ta’ grupp rock, Dragster li kien popolari ħafna mal-istudenti.

Minn hemm sar bicca waħda mal-mużika rock progressiva u beda karriera bħala kantant professjonali full-time.

“Biex tgħajjex familja minnha l-biċċa tax-xogħol hija daqsxejn waħda iebsa però rnexxili għax kont attent ħafna.”

Il-missier ta’ tliet itfal jgħid li l-ħajja tal-ispettaklu u d-divertiment mhux faċli u hu rnexxilu jibqa’ fiha għax baqa’ determinat u kien lest jagħmel bosta sagrifiċċji.

“Kien hemm żmien fejn rieqed u nkanta biss, ma tistax, illum nammira u napprezza fejn noqgħod hawn ħafna kwiet, paċi u ħdura hekk, u rrid nammira għax il-ħajja tal-entertainment u l-lejl hu tqil.”

Wara xi snin jaħdem it-Tuneżija, fil-bidu tas-snin tmenin irritorna Malta u bil-kanzunetta ‘kompjuter’ rebaħ il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija. Iżda l-aktar kanzunetti li għadu magħruf għalihom huma ‘Fjura fil-kantina’ u ‘Fejn tħobb il-qalb’ anke jekk qatt ma rebaħ festivals bihom.

“Jien għalija nippreferi ‘Fejn tħobb il-qalb, imma ‘Fjura fil-Kantina’ n-nies iħobbuha ħafna u huwa mument ta’ ferħ.”

L-aktar mument li jibqa’ jgħożż tul il-karriera hu meta fl-1995 ħa sehem fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Keep me in mind’ li biha kklassifika fl-għaxar post minn fost 23 pajjiż.

“Dak il-mument li inti qed tirrappreżenta lil Malta meta jsejjaħlek fuq l-istage ‘and now this is Malta’ inti dak il-mument tħoss ħafna u ħafna affarijiet.”

“U dawk huma mumenti li ma tinsihom qatt.”

Fl-aħħar edizzjoni tal-Għajna tal-Poplu, Mike Spiteri u Hooligan irċevew rikonoxximent għall-kontribut tagħhom lejn il-kanzunetta Maltija li Mike Spiteri jemmen li għandna nkomplu nindukrawha u ntuha l-importanza li jixirqilha.

“Kien hemm żmien fejn il-lingwa tagħna Maltija konna nikkritikawha ħafna għax ħarxa u mhux melodjuża, imma le għax jekk ikollok kanzunetta melodjuża, ħafna jekk ikollok ikollok kanzunetta ta’ vera.”

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ttermina b’effett immedjat il-kuntratti kollha ta’ konsulenza li kellha għal dawn l-aħħar snin persuna fi ħdan l-istess ministeru. Dan wara li rriżulta minn investigazzjoni…

Qorti

Sewwieq li rrifjuta l-ordni tal-Pulizija li jagħmel test tan-nifs għall-alkoħol x’aktarx ħaseb li ħelsiha ħafif, wara li ħareġ ’il barra bid-daqq mill-Qorti tal-Maġistrati. F’Ottubru li għadda Wayne Portelli ta’ 29…

Politika

Il-Kamra tal-Kummerċ din il-ġimgħa qalet li b’mod kawt qed tilqa’ d-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru l-ġdid, Robert Abela, li qalet qed jimplimenta proposti li ressqitlu hi stess b’rabta mal-governanza tajba. Fi stqarrija…

Politika

L-għaqda Repubblika esprimiet id-diżappunt tagħha għar-riforma mħabbra nhar it-Tlieta mill-Prim Ministru Robert Abela, ta kif se jkun qed jintagħżel il-Kummissarju tal-Pulizija. Fi stqarrija din qalet li ma nbidel xejn minn…

Aktar