50 tifel u tifel jistadu biex jiġbru flus għal Puttinu

Grupp ta’ tfal waranofsinhar qatta’ ftit sigħat jistad biex jiġbor l-flus għall-Puttinu Cares.

Aktar minn 50 tifel u tifla flimkien mal-ġenituri tagħhom qattgħu tliet sigħat jistadu fuq il-moll f’Wied il-Għajn. L-għan ta’ din is-sajda ma kienx li jaqbdu ħafna ħut iżda li jiġbru somma sabiħa għal Puttinu Cares. Ħafna mit-tfal li tkellmu magħna qalu li s-sajd huwa l-passatemp tagħhom, oħrajn stqarrew li qatt ma stadu, iżda għażlu li jattendu għal din l-attività f’Wied il-Għajn biex jgħinu lil tfal oħra bħalhom li iżda bħalissa għaddejjin minn żmien iebes.

L-attività ‘Sajda mit-tfal għat-tfal’ kienet organizzata minn King Fisher Sports Fishing Association. Salvu Borg mill-Kingfisher Sport Fishing Association qal li qabel kienu jagħmlu maratona ta’ tlett ijiem iżda ħassew il-bżonn li jagħmlu xi ħaġa mit-tfal għat-tfal.

Fl-aħħar tas-sajda, it-tfal ħadu magħhom mhux biss l-esperjenza ta’ ftit sigħat ma’ xatt il-baħar, iżda l-impenn li minn ċkunithom diġà jafu kif għandhom ikunu ta’ għajnuna għal ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, fi Triq il-Munġbell, fiż-Żebbuġ, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid…

Kronaka

Il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, inqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, u żewġt irġiel. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-argument seħħ fi…

Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Aktar