Għawdex
50 triq f’Għawdex se jinbnew mill-ġdid

Ħamsin triq f’Għawdex se jinbnew mill-ġdid.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana ħabbret id-dettalji ta’ dak li qed jissejjaħ “Proġett Għawdex” li jinvolvi l-bini ta’ ħamsin triq, ħafna minnhom residenzjali.

Waqt żjara fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija li qed tinbena mill-ġdid, il-Ministru Caruana qalet li għaddej xogħol fuq toroq madwar Għawdex kollu u nħarġu sejħiet għal xogħlijiet f’oħrajn fosthom Triq l-Imgħallem u Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat u Triq iż-Żewwieqa fil-Qala. Spjegat li dawn it-toroq intgħażlu wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-kunsilli lokali Għawdxin biex tingħata prijorità lill-ħtiġijiet identifikati minnhom.

Dr Caruana qalet li l-bini mill-ġdid tat-toroq ma jinkludix biss kisja bit-tarmak, imma wkoll il-bini tal-pedamenti, bdil jew introduzzjoni tas-servizzi, u l-bini ta’ bankini iktar aċċessibbli. Spjegat li flimkien ma’ dan, għaddej eżerċizzju ta’ immaniġġjar tat-traffiku. Il-Ministru Caruana qalet li bi Proġett Għawdex qed titwettaq wegħda oħra tal-Gvern li jindirizza toroq residenzjali u arterjali u spjegat li qed jitħejja x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ toroq oħra bid-dettalji se jingħataw ‘il quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar