Trasport
50 xarabank ġdid fil-flotta tat-trasport pubbliku

B’investiment ta’ €11 il-miljun il-kumpanija Malta Public Transport li topera s-servizz tal-karozzi tal-linja se tbiddel 50 xarabank tal-għamla King Long ma’ karozzi tal-linji aktar moderni, effiċjenti u li jniġġżu anqas.

Felipe Cosman, id-Direttur tal-kumpanija Spanjola faħħar l-impenn u l-kooperazzjoni tal-Gvern u saħaq fuq l-użu ta’ teknoloġiji fis-sistema ta’ trasport pubbliku. Qal li l-mudell li kiseb suċess f’Malta issa qed jintuza f’Ċipru fejn il-kumpanija qed topera s-servizz ta’ trasport pubbliku.

Fl-inawgurazzjoni tal-vetturi l-ġodda, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-investiment u t-tibdil sostanzjali li sar fis-servizz tat-trasport pubbliku. Qal li ċ-ċifri tal-passiġġieri li qed jużaw tal-linja wara t-tmiem tal-emerġenza medika juri li l-pajjiż mixi fid-direzzjoni t-tajba. Spjega li fl-eqqel tal-pandemija, il-passiggieri kienu naqsu minn 180,000 kuljum għal 30,000. Qal li l-passiġġieri issa diġà qabżu il-mitt elf passiġġier.

Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg spjega li x-xarabanks il-ġodda jaqgħu fil-kategorija EURO 6 li jirrispetaw l-ambjent waqt li jifilħu jġorru aktar passiġieri. Dr Borg faħħar lix-xuffiera tax-Xarabanks li fil-pandemija komplew joffru s-servizz essenzjali tagħhom. Ma’ Television Malta, il-Ministru Borg qal li t-trasport pubbliku tjieb iżda jonqos xi jsir. “Il-kultura ma tinbidilx mal-Ministru ma rridx xi mertu għaż-żieda fin-nies li jużaw it-trasport pubbliku. Trasport Malta qed tirċievi apprezamant għax-xogħol li qed tagħmel. Ma jfissirx li wasalna jiena nibqa’ nirċievi kummenti kif nistgħu ntejbu t-trasport pubbliku u aħna nibqgħu naħdmu fuqhom.”

Dwar il-passiġġieri li f’dawn il-ġranet reġgħu żdiedu, Dr Borg qal li dan juri li t-trasport pubbliku jintuża mhux biss mit-turisti iżda wkoll mill-Maltin. Huwa qal 80,000 ruħ fosthom studenti u anzjani qed jużaw is-servizz bla ħlas.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar