Barranin
5,000 persuna jattendu għall-funeral tal-vittmi li nqatlu fi New Zealand

Iżjed minn 5,000 ruħ attendew il-funeral u ċ-ċerimonja ta’ tifkira li saru fiċ-ċimiterju ta’ Memorial Park fi New Zealand għall-vittmi li nqatlu brutalment fl-attakk li twettaq fuq żewġ moskej fi Christchurch fi New Zealand. Eluf oħrajn fi New Zealand u l-Awstralja fost pajjiżi oħra, ukoll ħadu sehem f’ċerimonji ta’ tifkira li kienu ddedikati għall-vittmi. Ħamsin persuna nqatlu kiesaħ u biered fl-attakk li twettaq bl-armi tan-nar mill-estremista Awstraljan Brenton Tarrant li fetaħ in-nar fuq il-ġemgħa ta’ Musulmani li kienu qed jitolbu fiż-żewġ moskej.

Qraba u ħbieb tal-vittmi kienu viżibilment emozzjonati hekk kif inġabru fiċ-ċimiterju ta’ Memorial Park biex isellmu l-vittmi mill-Pakistan, Indja, l-Malasja, l-Indonesja, it-Turkija fost pajjiżi oħra hekk kif ntużaw bnadar biex jidentifikaw l-identità tal-vittmi.

Naeem Rashid kien l-ewwel vittma li ngħata l-aħħar tislima hekk kif kien imlaqqam bħala eroj minħabba l-mod kif issielet lil Tarrant fil-moskea ta’ Al Noor. L-estremista Awstraljan jinsab akkużat bil-qtil ta’ ħamsin ruħ waqt l-attakk barbaru li kien ippjanat sal-inqas dettal, tant li xandru dirett fuq il-Facebook.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Joaquin Guzman, magħruf bħala El Chapo, ġie kkundannat għomru l-ħabs, u 30 sena oħra magħhom, minn Qorti fl-Istati Uniti. El Chapo ta’ 62 sena kien il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar…

Barranin

Il-kittieb Sqalli, Andrea Camilleri, miet fl-età ta’ 93 kmieni dalgħodu. Camilleri, li kien magħruf għall-kotba tiegħu tal-Kummissarju Montalbano, miet fl-isptar fejn kien rikoverat wara li kien sofra minn attakk tal-qalb…

Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew għadu kif approva n-nomina tal-Ġermaniża, Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin. Kif mistenni qabel il-vot tal-lejla, il-Parlament kien maqsum fuq in-nomina tagħha…

Barranin

L-għaqda bejn l-istati membri u t-tħaddin tal-valuri Ewropej kienu fil-qofol tal-viżjoni li l-Ġermaniża Ursula von der Leyen ppreżentat lill-Parlament Ewropew. F’diskors ta’ madwar nofs siegħa li matulu osservaturi qalu li…

Aktar