Saħħa
5,000 persuna jbatu mill-Epilessija

Il-President tal-Caritas Malta Epilepsy Association Frank Portelli qal li f’Malta hawn mal-5,000 persuna li jbatu mill-Epilessija u 70 % minnhom jgħixu ħajja normali bil-kura li jingħataw.

Huwa kien qed jitkellem fil-Palazz ta’ San Anton fejn taħt l-awspiċi tal-President George Vella tlaqqgħet konferenza EPIPICTO bejn esperti u NGOS bħala parti mill-programm Erasmus tal-Unjoni Ewropea. Il-konferenza kienet kordinata mill-Professur Janet Mifsud mill-Assoċjazzjoni tal-Epilessija fi ħdan il-Caritas.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Frank Portelli qal li fl-aħħar sentejn l-Assoċjazzjoni ħadmet biex f’kollaborazzjoni mal-Iskożja, l-Olanda, il-Ġermanja u l-Awstrija biex jitħejja fuljett ta’ informazzjoni dwar din il-kundizzjoni.

“L-Epilessija hija hidden condition però jkun hemm movimenti mhux tas-soltu pereżempju ċaqliq tal-idejn jagħti daqqa b’rasu jistgħu jkunu sintomi però trid tmur għand it-tabib li jibagħtek għand in-neurologist u jsiru t-testijiet permezz tal-EEG u minn hemm jindunaw, jekk itik aċċessjoni waħda ma jfissirx li għandek l-epilessija, minn tnejn ‘il fuq.”

Il-Ministru tal-Familja Michael Falzon qal li għad fadal x’isir biex is-soċjetà tkun aktar konxja ta’ din il-kundizzjoni u bi pjan ta’ azzjoni għandhom ikunu indirizzati d-diffikultajiet tan-nies li jsofru mill-epilessija.

Il-President George Vella qal li l-mediċina qed tgħin ħafna biex dawk li jsofru mill-epilessija jgħixu ħajja normali. Huwa faħħar lill-Assoċjazzjoni li qed taħdem biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni permezz ta’ fuljett li b’lingwaġġ faċli u bi tpinġijiet qed tispjega x’inhi din il-kundizzjoni u kif wieħed għandu jitratta ma’ persuni bl-epilessija.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar