Saħħa
5,000 persuna se jiġu mistiedna biex jagħmlu eżami tal-vista

Mal-5,000 persuna ta’ bejn il-50 u t-80 sena se jiġu mistiedna mid-Dipartiment tal-Oftalmoloġija fl-Isptar Mater Dei biex isirilhom eżami tal-vista fost oħrajn biex titqajjem kuxjenza dwar il-prevenzjoni tal-mard li jista’ jikkawża nuqqas ta’ dawl. Id-Dipartiment tal-Oftalmoloġija qal li r-riżultati tat-testijiet ser jintużaw fi studju biex tingħata stampa iżjed ċara dwar il-mard tal-għajnejn f’Malta.

Il-katarretti hija l-aktar kawża li twassal għan-nuqqas fil-vista. L-Oftalmologu Francis Carbonaro, qal li fl-Isptar Mater Dei jsiru bejn 3,000 u 4,000 operazzjoni tal-katarretti. Il-konsulent tal-oftomoloġija żied jgħid li d-Dijabete u l-Glaucoma wkoll jikkawża t-telf tal-viżta.

“Glaucoma hija marda li sfortunatament ma tħoss xejn, li bl-Ingliż jgħidulha ‘Silent Blinder’, għalhekk importanti li kulħadd jiċċekkja – jiġifieri meta taqbeż l-40 sena tipprova tagħmel test tal-għajnejn. Tista’ tmur għand l-optician, il-bereġ – fil-polikliniċi għandna screening system – pereżempju jekk hemm xi ħadd fil-familja tiegħek li għandu l-glaucoma, ir-riskju li inti jkollok huwa għaxar darbiet.”

Fil-Jum Dinji għall-Vista, riċerkaturi mill-Università ta’ Malta u Oftalmologi mill-Isptar Mater Dei ħabbru li flimkien se jagħmlu studju li mistenni jagħti stampa ċara tal-mard tal-għajnejn f’Malta.

Dr David Agius spjega li mal-5,000 li għandhom bejn il-50 u t-80 sena ser jiġu mistiedna biex jagħmlu test tal-vista bħala parti minn din ir-riċerka. “Il-vista ser isseħħ l-ophthalmic outpatients wara nofsinharijiet – ser nagħmlu inċentivi żgħar biex dak li jkun jattendi fosthom vista tal-għajnejn mingħajr ħlas, li ser tinkludi test għan-nuċċali li tinklui l-OCT test, il-vista tiegħi ta’ tabib”.

Dr Agius qal li l-istudju ser jaġġorna riċerka li saret 30 sena ilu minn Dr John Cachia dwar l-aktar kawżi komuni li jaffettwaw il-vista. Dan l-istudju ser jiġi ffinanzjat mit-Trust tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Iżvilkupp, RIDT, fi ħdan l-Università ta’ Malta u l-Malta Community Chest Fund u ser jiswa €132,000.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Edukazzjoni

Il-Malta Trust Foundation, li twaqqfet mill-President Emeritu Marie Louise Coliera Preca, ser testendi s-servizz tal-counselling fl-iskejjel fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar, bħala parti mill-proġett Blossom. Il-fondazzjoni kisbet finanzjament ta’…

Aktar