Barranin
5,000 ruħ jinġabru flimkien għall-kunċert f’Liverpool

F’Liverpool ilbieraħ sar kunċert bħala prova biex jaraw jekk nistgħux nerġgħu lura għall-ħajja normali.

Ilbieraħ, 5,000 ruħ inġabru f’post żgħir jiddevertu flimkien. Għal dan il-kunċert ma kienx hemm bżonn li wieħed jilbes il-maskra. Kien hemm bżonn biss li wieħed jagħmel test u joħroġ negattiv għall-COVID-19.

Matul il-kunċert ma kienx hemm anqas regoli ta’ distanza soċjali jew li jridu jkunu sa gruppi ta’ sitta. Fuq kollox ma kienx hemm riskju li xi ħadd jaqla’ xi multa.

Dan il-kunċert żgħir f’Sefton Park kien attività li saret bħala prova mill-Gvern biex jara jekk wasalx iż-żmien li nerġgħu lura għal li konna.

Kull min jixtri biljett kien obbligat li jagħmel it-test qabel u anke wara l-kunċert. Fil-fatt kull min attenda jrid jerġa’ jagħmel test ħamest ijiem wara biex jaraw jekk matul il-kunċert infirixx il-virus.