Avjazzjoni
50,000 passiġġier tħallew l-art wara strajk tal-bdoti tar-Ryanair

Strajk ieħor tal-bdoti tal-Kumpanija tal-ajru Ryanair wassal biex mal-50,000 passiġġier tħallew l-art. Il-bdoti qed jistrikjaw f’ħames pajjiżi fil-Ġermanja, l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Belġju u anke l-Olanda. B’kollox kienu kkanċellati aktar minn 400 titjira.

Dan huwa s-sitt strike li laqgħat ir-Ryanair fl-aħħar ġimgħat propju fi żmien meta għadd kbir ta’ nies jivvjaġġaw għall-vaganzi. Ir-Ryanair qalet li qed taħdem biex issolvi l-kwistjonijiet li għandha mal-bdoti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Aktar