COVID-19
52 każ ieħor ta’ Coronavirus f’Malta

Ikkonfermati 52 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt konferenza stampa llum.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li erba’ minn dawn huma Għawdxin. Qal li s’issa lħaqna 293 każ. Waqt konferenza tal-aħbarijiet qal li mhux sorpriż b’dan in-numru għax anke mill-istatistika li kellhom kienu jaħsbu li dan l-ammont se jintlaħaq ġimgħa ilu. Qal li Malta rnexxielha tittardja dan l-ammont sa-lum, u dan ifisser li l-miżuri li ttieħdu qed iħallu effett.

Qal li dawn it-52 każ ma jinvolux residenti fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far. Ilbieraħ sar rekord ta’ testijiet fejn saru 825 test. Qal li l-mira hija li jsiru elf test kuljum u ġie spjegat li sa issa saru 11,740 test. Dwar it-testijiet, Dr Fearne qal li dalgħodu ħabbar żewġ numri ta’ telefown għall-health care workers biex iċemplu fuqhom biex isirilhom test.

 

Qal li għalkemm illum kellna dan l-ammont kbir ma jfissirx li għada bilfors se jkollna l-istess ammont. Qal li dan qalu wkoll meta kellna żewġ każijiet biss. Spjega li ma tistax tieħu statistika fuq ġurnata waħda u appella lill-pubbliku biex jibqa’ dixxiplinat għax qal jekk nikkontrollawx jew le l-imxija f’Malta jiddependi minn kull wieħed u waħda minna. Ħeġġeġ lin-nies li jistgħu biex jaħdmu mid-dar u appella lill-poplu biex joħroġ għall-affarijiet essenzjali.

Dr Fearne qal se tinħareġ database għal min irid jagħti xi servizz f’din l-imxija. Huwa appella wkoll biex nieħdu ħsieb lil xulxin anke billi nċemplu l-qraba tagħna u qal li tnieda helpline ġdid – 1770, għal nies li għandhom bżonn għajnuna ta’ saħħa mentali.

Min-naħa tagħha s-Superintendent tas-Saħħa, Charmaine Gauci tat rendikont tat-52 persuna. Hija qalet li minn dawn it-52 każ hemm erba’ minnhom minn Għawdex u 5 barranin.  Fost il-barranin hemm 2 Indjani u ieħor mis-Somalja. Prof Gauci spjegat li dawn mhumiex residenti fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far. Kompliet tgħid li persuna mill-każijiet tal-lum tgħix f’dar tal-anzjani.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar