COVID-19
53 każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta, ifiqu 18-il persuna

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 53 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 1,736 swab tests.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 18 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont ta’ persuni f’Malta li fiequ mill-Covid-19 tela’ għal 1,890.

Minn total ta’ 2,405 każijiet ikkonfermati f’Malta mill-bidu tal-pandemija, bħalissa hemm 499 li għadhom attivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każijiet għadhom qed jiġu investigati.

Sadanittant, mill-każijiet tal-bieraħ, 16 kienu membri tal-familja minn każijiet diġà magħrufa, 2 kienu kollegi tax-xogħol ta’ każ pożittiv, 2 kienu kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, 2 każi oħra kienu impurtati, 2 mill-kompetizzjoni tal-bodybuilding, 2 min djar tal-anzjani u 24 mid-Dar San Ġużepp tal-Fgura.

OFFICIAL COVID-19 figures for 14•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Gepostet von saħħa am Montag, 14. September 2020