Lokali
53% tal-Maltin lagħbu l-flus f’logħob u lotteriji

Waqt li tħabbar ir-riżultati tal-istħarriġ, is-Segretarju għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri qal li studju ser jgħin lill-Gvern fit-tfassil ta’ pjan ta’ azzjoni biex il-logħob ma jsirx vizzju.

It-teknoloġiji biddlu l-mod kif isir il-logħob iżda mhux l-aptit ta’ minn jipprova jittanta xortih.

Stħarriġ ikkumissjonat mal-Awtorità tal-Logħob sab li s-sena l-oħra, aktar min-nofs (53%) il-popolazzjoni Maltija lagħbet flusha f’logħob u lotteriji regolati mill-Awtorità.

Għalkemm l-internet jofffri ħafna okkażjonijiet għal logħob, l-istudju sab li l-Maltin għadhom jippreferu logħob u lotteriji tradizzjonali. Fil-fatt €94 miljun minn €128 miljun intlagħbu fil-lotteriji lokali. Il-maġġoranza tal-ġugaturi għandhom bejn il-45 u s-sittin sena.

L-ekonomista Dr Gordon Cordina qal li r-riżultati juru li Malta tinsab fl-istess ilma ta’ pajjiżi Ewropej.

“Il-popolazzjoni li tgħix f’Malta tonfoq madwar 2.6% tal-ispiża totali tagħha, f’dak li huma gaming services, però daqskemm hemm nies jilagħbu għal flus hemm ukoll nies li jilagħbu attivtajiet li ma jinvolvux ħlas ta’ flus u li jinvolvu attività soċjali u huma ħbieb u allura hemm ukoll din id-dimensjoni” qal Dr Cordina.

Is-sur Kayne Said mill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli qal li l-Fondazzjoni qiegħda isegwi kważi 2,000 persuna li qegħdin jirċievu għajnuna għall-vizzju tal-logħob. Huwa qal li l-logħob jitqies bħala żvogg sakemm isir bil-moderazzjoni, iżda jsir vizzju meta l-persuni tintrikeb minnu u tibqa’ tigri wara flusha.

Kayne qal “importanti immens li nagħrfu t-tfal tagħna mill-età tenera biex iżommu ‘l bogħod mill-vizzju speċjalemt il-ħin li huma jqattgħu jilagħbu l-logħob. Nixtieq nagħmel referenza għal ġenituri mhux għat-tfal biss, biex iżommu għajnejhom miftuħa u joqogħdu attenti għax bil-mod il-mod nistgħu nkunu qegħdin niftħu t-tieqa għall-vizzju.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri qal li l-Gvern qiegħed ifassal pjan ta’ azzjoni biex jgħin li min hu mirkub mill-vizzju mhux biss bil-helpline 1777.

“Irridu naraw kif dawk il-persuna li qegħdin fil-problema waslu għal dik il-problema ħalli l-pass li jmiss huwa li ma nħalluhomx jaslu għal dik il-problema. U fil-fatt grazzi għall-fond soċjali Ewropew is-sena d-dieħla hemm fond ta’ miljun Ewro u miżuri ddedikati għal dan l-iskop” qal Schembri.

Persuni li intrikbu mill-vizzju tal-logħob jistgħu jikkuntatjaw il-linja nazzjonali tal-logħob tal-azzard fuq 1777 li tipprovdi diversi miżuri biex wieħed joħroġ mill-vizzju.

 

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Propjetà

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema. Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu…

Aktar