Kronaka
55 immigrant jidħlu b’dinghy fil-bajja ta’ Birżebbuġa

Kmieni dalgħodu dgħajsa bl-immigranti ntlemħet dieħla fil-bajja ta’ Birżebbuġa, fl-akwati ta’ Wied il-Buni.

Il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-5.30am,

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn sabu 55 immigrant, kollha rġiel. Intqal li x’aktarx dawn waslu Malta b’dinghy li telaq mil-Libja u li nstab fil-viċinanzi.

L-immigranti ttieħdu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni għal aktar investigazzjoni.

Din hija t-tieni wasla ta’ dgħajsa bl-immigranti li daħlet fil-kosta Maltija din il-ġimgħa, wara li l-Ġimgħa dgħajsa oħra bi tmien immigranti daħlet f’Wied iż-Żurrieq.

Ara wkoll:

ARA: 8 immigranti jinqabdu wara li daħlu b’dgħajsa f’Wied iż-Żurrieq