
COVID-19
55 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 45 oħra mfejqa
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa rriżulta 55 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,227 ‘swab test’ li saru.
Tħabbru wkoll li bejn ilbieraħ u llum 45 ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus tela’ għal 28,508.
Minn kemm ilha li feġġet il-pandemija kienu 29,463 li mardu bil-virus, bil-każijiet attivi issa huma 554.
L-aħħar ċifri juru wkoll li n-numru ta’ persuni li ħadu l-vaċċin s’issa huwa ta’ 227,606, b’63,114 ħadu t-tieni doża.
Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa persuna mietet waqt li kellha l-Covid-19.
Ara wkoll: