Barranin
55 persuna mietu f’għargħar qawwija u valangi fl-Indoneżja

Mill-inqas 55 persuna mietu f’għargħar qawwija u valangi fl-Indoneżja u Timor Leste.

Ix-xita qawwija ħolqot qerda f’għadd ta’ provinċji bl-ilma mill-għargħar jgħarraq eluf ta’ djar fuq il-gżejjer.

Iż-żona affettwata infirxet mll-gżira ta’ Flores fil-Lvant tal-Indoneżja għall-pajjiż ġar ta’ Timor Leste.

Il-membri tas-salvataġġ għadhom qed ifittxu dawk il-persuni li rnexxielhom isalvaw mill-għargħar hekk kif uffiċjali wissew li l-għadd ta’ imwiet possibilment se jkompli jiżdied.

Mill-inqas erba’ distretti u seba’ irħula intlaqtu mill-għargħar hekk kif instabu 55 persuna mejta u 42 persuna għadhom qed ikunu irrappurtati nieqsa. Disa’ persuni indarbu fl-għargħar.