Annimali
6 iljufanti tilfu ħajjithom waqt li provaw isalvaw lil xulxin

6 iljufanti mietu waqt li kienu qed jipprovaw isalvaw lil xulxin f’kaskata (waterfall) fit-Tajlandja.

Jidher li l-inċidet seħħ ilbieraħ meta iljufant żgħir żelaq u waqa’ fil-kaskata fil-Park Nazzjonali Khao Yai.

Skont l-awtoritajiet żewġ iljufanti oħra nstabu f’diffikultà fix-xifer tal-irdum.

L-uffiċjali marru fuq il-post wara li ġew mgħarrfa li grupp ta’ iljufanti kienu qed jagħlqu triq biswit il-kaskata. 3 sigħat wara nstab iljufant ta’ tliet snin fil-kaskata u ftit ‘il bogħod instabu ħames iljufanti oħra. Sfortunatament dawn l-iljufanti tilfu ħajjithom.  Il-kaskata ngħalqet għall-pubbliku wara l-inċident.

F’din il-kaskata, magħrufa bħala Hell’s Fall, għandha storja ta’ inċidenti simili. Fl-1992, 8 iljufanti kienu mietu f’inċident simili.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar