COVID-19
6 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 11 oħra mfejqa, l-ebda mewt

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 6 każi ġodda ta’ Covid-19 minn 2,022 swab test li saru.

L-aħħar li l-ammont ta’ każi ġodda kien daqstant baxx kien fl-24 ta’ Lulju li għadda.

Tħabbar ukoll li 11-il persuna oħra kienu ddikjarati mfejqa, biex b’hekk in-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 247.

Bil-każijiet il-pożittivi l-ġodda telgħu għal 30,438 il-persuni li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna, waqt li l-ammont ta’ dawk li rkupraw mill-pandemija issa tela’ għal 29,774.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 372,620 doża tat-tilqima, b’118,209 kienu t-tieni doża.