COVID-19
6 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 6 oħra mfejqa

6 persuni ġodda ġew ikkonfermati pożittivi għall-Covid-19, waqt li 6 oħra fiequ.

Fil-bullettin mediku tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li l-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 1,120 swab li saru lbieraħ.

S’issa rriżultaw pożittivi 496 persuna, waqt li t-total ta’ każi attivi llum huwa ta’ 58, hekk kif 433 huma mfejqa u 5 tilfu ħajjithom.

Il-każijiet il-ġodda jinkludu mara Maltija ta’ 48 sena li kienet diġà fi kwarantina peress li ommha rriżultat pożittiva għall-virus aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-mara bdiet tesperjenza nuqqas ta’ xamm fit-8 ta’ Mejju.

Każ ieħor huwa ta’ raġel Malti ta’ 51 sena li s-Sibt beda jħoss uġigħ ta’ ras u uġigħ fi griżmejh. Il-Professur Gauci qalet li huwa jaħdem għal rasu u għaddej contact tracing mal-membri tal-familja tiegħu.

Raġel ieħor Malti ta’ 89 sena ukoll irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Huwa kien fl-istess kamra fl-isptar Karen Grech mal-anzjan li kien miet xi jiem ilu. Il-Professur Gauci qalet li meta kienu għamlulu t-test wara l-mewt tal-anzjan, kien irriżulta negattiv għall-virus iżda wara li fl-aħħar sigħat żviluppa d-deni u s-sogħla, l-awtoritajiet irrepetew it-test u ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Qalet li reġgħu saru 15-il test fuq il-pazjenti u fuq firxa usa ta’ staff fl-isptar li kollha ġew negattivi.

It-tliet każi l-oħra jinkludu żewġ healthworkers, żewġ nisa waħda ta’ 27 sena u l-oħra ta’ 25 sena li kellhom kuntatt ma’ xulxin u bdew bis-sintomi ta’ uġigħ fi griżmejhom fis-7 ta’ Mejju. Il-Professur Gauci qalet li saru tmien testijiet fis-sala tal-ENT fejn jaħdmu u filwaqt li sebgħa ħarġu negattivi, pazjent ta’ 53 sena li kellu qtugħ ta’ nifs, irriżulta pożittiv. Il-healtworkers kellhom is-sintomi waqt li kienu xogħol  u għalhekk l-awtoritajiet qed jagħmlu monitoraġġ tas-sitwazzjoni.

Il-Professur Gauci qalet li qed jinżammu żewġ persuni pożittivi għall-Covid-19 fl-isptar Mater Dei , tliet fl-isptar Boffa u tlieta oħra fl-isptar St Thomas.

Tista’ ssegwi l-konferenza hawn:

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 10. Mai 2020

Ara wkoll:

Testijiet għall-Covid-19 fost l-immigranti abbord il-Captain Morgan

Is-saħħa hi l-aqwa rigal li tistgħu tagħtu lill-omm – żommu d-distanza

Għal issa mhux rakkomandat li tilbes il-maskra barra

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar