COVID-19
6 każijiet oħra ta’ Coronavirus f’Malta – 3 minnhom miċ-ċentru ta’ Ħal Far

Is-Supretendent tas-Saħħa, Charmaine Gauci ħabbret sitt każijiet ġodda tal-Coronavirus f’Malta, b’hekk issa t-total tela’ għal 399. Minn dawn 44 diġà fiequ minn din il-marda.

F’konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ Covid-19 f’pajjiżna, is-Supretendent għas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li lbieraħ saru 1,035 swab u s’issa saru 28,139 swab.

Fost is-sitt każijiet ġodda hemm nofshom residenti fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far. Dawn huma raġel ta’ 26 sena li ġie mill-Eritrea, żagħżugħ ta’ 19-il sena mis-Senegal u żagħżugħ ta’ 18-il sena li ġie mill-Bangladexx. Dawn irriżultaw pożittiv wara li saru diversi testijiet fost ir-residenti ta’ dan iċ-ċentru.

It-tlieta l-oħra li nstabu pożittivi huma żagħżugħ ta’ 21 sena li kellu kuntatt ma’ persuna li aktar kmieni dil-ġimgħa kienet pożittiva għall-virus, raġel ieħor ta’ 60 sena u Għawdxija ta’ 38 sena li taħdem ġo lukanda u marret ġurnata xogħol wara li ħarġulha s-sintomi. Prof Gauci qalet li l-mara taħdem f’uffiċċju ma’ persuna oħra. Spjegat li l-persuna l-oħra sarilha t-test biex jaraw għandhiex il-virus u li fil-lukanda ttieħdu l-miżuri meħtieġa fosthom bħalissa qed isir id-disinfettar.

Waqt li kienet qed twieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti, Prof Gauci kkonfermat li l-ġimgħa l-oħra kien hemm każ ta’ ħaddiem li rriżulta fil-pożittiv fil-Freeport u qalet illi ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha.

Il-Professur Gauci qalet li għalkemm in-numri ta’ każi ġodda huma żgħar xorta għad hemm perikli ta’ infezzjoni lokali fil-komunità. “In-numri individwali mhumiex indikazzjoni ta’ eżatti x’qed jiġri imma jista’ għandna każijiet li ma resqux għat-testijiet u allura min għandu sintomi jkellmuna biex insaħħu l-containment strategy tagħna”

Il-Professur Gauci qalet li qed isir moniteraġġ kontinwu fil-fabbriki, u appellat biex in-nies jevitaw spazji fejn ikun hemm nies oħrajn bħal bajjiet. Il-Professur Gauci reġgħet appellat biex min iħoss is-sintomi għandu jagħmel kuntatt man-numru 111, li wieħed jillimita l-ħruġ tiegħu barra u l-iġene tal-idejn li jgħin ħafna biex ma jinfirixx il-virus.

Intant, il-Professuri Gauci fakkret fil-helpline 1770 għal persuni li jkollhom bżonn sapport mentali. Qalet li minn meta tnieda dan il-helpline, 350 ingħataw għajnuna.

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 15. April 2020

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar