Immigrazzjoni
6 pajjiżi lesti li jieħdu l-147 immigrant abbord il-vapur Open Arms

Sitt pajjiżi lesti li jieħdu l-147 immigrant abbord il-vapur Open Arms li jinsab maqbud f’nofs il-Mediterran. Dan ġie kkonfermat f’ittra li l-Prim Ministru Taljan lill-Ministru tal-Intern, hekk kif kompliet teskala t-tensjoni politika fl-Italja. Intant s’issa l-ebda żblokk fil-każ tal-vapur Ocean Viking li jinsab bejn Malta u Lempedusa b’350 immigranti ieħor abbord.

Il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte qal sitt pajjiżi tal-Unjoni Ewropea lesti li jieħdu wħud mill-immigranti li bħalissa jinsabu maqbudin fuq vapur tal-għaqda mhux governattiva spanjola Open Arms.

F’ittra pubblika lill-Ministru tal-Intern Matteo Salvini, il-Prim Ministru Conte qal li Franza, il-Ġermanja, ir-Rumanija, il-Portugall, Spanja u l-Lussemburgu infurmawh li lesti jieħdu l-immigranti. Aktar kmieni anke l-Gvern Malti kien lesta jaċċetta wħud minn dawn l-immigranti li kienu nġabru mill-Open Arms fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ li taqa’ fir-responsabbiltà ta’ Malta.

Il-Ministru responsabbli mid-difiża Elisabetta Trenta, li hi membru tal-Movimento Cinque Stelle, waqqfet digriet li ressaq Salvini biex ma jħallix il-vapur Open Arms b’147 immigrant abbord jidħol fl-ibħra territorjali Taljani.

Il-Ministru tad-Difiża qalet li hi qed tagħmel hekk għal raġunijiet legali u wara li bbażat id-deċiżjoni fuq il-kuxjenza. Żiedet li fuq il-vapur hemm tfal u nisa li soffrew vjolenza u abbuż ta’ kull tip. Kompliet li l-politika qatt m’għandha tispiċċa għamja quddiem sitwazzjonijiet umanitarji.

Il-pożizzjoni tal-Prim Ministgru Conte u tal-Ministru Trenta tkompli toħroġ fil-beraħ it-tensjonijiet li hemm fi ħdan il-Gvern Taljan hekk kif l-Italja tidher riesqa lejn kriżi politika.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Salvini ffirma digriet li ċaħħad lill-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Proactiva milli jidħol fl-ibħra territorjali Taljani. Madanakollu, qorti amministrattiva laqgħet l-appell li ressqet l-għaqda u isosspendiet id-digriet.

Sadanittant, għadu qed ibaħħar bejn Malta u l-Lampedusa l-vapur Ocean Viking b’madwar 350 immigrant abbord. Bħal fil-każ tal-Open Arms, anke dal-vapur mhux jitħallas jiżbarka l-immigranti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar