Barranin
6 persuni jmutu wara li nqabdu f’rassa f’diskoteka fl-Italja

Sitt persuni tilfu ħajjithom wara li nqabdu f’rassa kbira f’diskoteka fl-Italja. Fl-inċident indarbu 100 persuna oħra, b’10 minnhom isofru ġrieħi serji.

L-inċident seħħ f’Corinaldo, fil-belt t’Ancona.

Rapport qed jgħidu li l-paniku nħoloq wara li fid-diskoteka ġie sparat pepper spray.

Fil-diskoteka, Lanterna Azzurra, kien għaddej kunċert mir-rapper Sfera Ebbasta u huwa maħsub li għalih kienu qed jattendu madwar 1,000 persuna. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl waqt li l-Italja bdiet tiċċelebra il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit, beda s-smigħ tal-appell imressaq quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit, li fi żmien tlett ijiem trid tagħti deċiżjoni dwar jekk il-Prim Ministru Boris Johnson setax jisssospendi l-Parlament. Dan wara…

Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Aktar