Qorti
6 persuni l-Qorti wara ġlied bejn 2 familji

Ġlied bejn żewġ familji f’Bormla nhar l-Erbgħa li għadda waslet biex sitt persuni tressqu l-Qorti fosthom student ta’ 15-il sena.

Kurt David Azzopardi, Nazzareno Dalli, Redeemer Abdilla, Redent Cassar, Tristan Cassar, u tifel ta 15-il sena wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom. Huma jinsabu mixlija fost oħrajn b’insulti u theddid, li kkawżaw ġrieħi ħfief u għamlu ħsara fil-propjetà.

Ħlief it-tifel kollha ġew akkużati li kiser il-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arresti fuq każi li kellhom qabel. Il-Maġistrat Doreen Clarke ordnat li l-irġiel jibqgħu miżmuma arrestati waqt li tat il-libertà proviżorja lit-tifel b’diversi kundizzjonijiet fosthom b’garanzija personali ta’ elf ewro u li ma jkellimx lil parti oħra fit-tilwima u lix-xhieda.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar