Turiżmu
6% tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li għaddiet jaf jibdew jintlaħqu fi żmien erba’ snin oħra jew aktar. Waqt seminar fuq kif is-settur turistiku jista’ jirkupra, tħabbar li l-Gvern qed jikkusidra li jibda joffri vouchers lit-turisti li jżuru Malta fix-xhur l-aktar kwieti tas-sena.

Ġimagħtejn mill-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport, l-industrija tat-turiżmu għadha qiegħda ssib saqajha fir-realtà ġdida li nħolqot riżultat tal-COVID-19.

Waqt webinar organizzat mill-MHRA, il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli qalet li minkejja li t-turiżmu ħa daqqa mad-dinja kollha, f’Malta fl-aħħar ġimagħtejn waslu medja ta’ madwar 2,000 passiġġier kuljum, riżultat tal-kampanja ta’ reklamar tal-Awtorità tat-Turiżmu.

“We have managed to attract 23,000 passengers via air travel and another 2,300 passengers from Sicily Catamaran. Speaking about those figures from Sicily we know they are tourists.”

Il-Ministru żiedet tgħid li l-istrateġija tal-Gvern hija li jattira t-turisti anki fix-xhur tax-xitwa. Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Johann Buttigieg qal li l-awtorità mistennija tintroduċi inċentivi li jingħataw direttament lit-turisti.

“We are looking at the shoulder periods and we will be giving out a good number of incentives arriving here to Malta. So now we will be changing our strategy, instead of incetivising the tour operator, we will be incetivising the passenger who has actually landed here in Malta to ensure that the money is spent here again.”

Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li wara li l-waqfien tal-ivvjaġar bl-ajru u bil-baħar għal kważi tliet xhur sħaħ, l-industrija issa qed tiffaċja żewġ sfidi, kemm biex terġa tintroduċi t-titjiriet lejn Malta u biex tnaqqas it-tħassib li jaf ikollhom it-turisti biex jivvjaġaw.

“We have the task of getting the seats onto the market, and then the people to fill those seats. So it is a two main tasks. Is it going to be easy? No.”

Fir-rigward tal-avjazzjoni, iċ-Chairperson tal-Air Malta, Charles Mangion qal li l-linja nazzjonali qed tistma li se tieħu seba’ snin oħra biex iġġorr l-istess numru ta’ passiġġieri li ġarret fl-2019.

“We are presenting a very good business proposal up to 2027, which will bring us to the same number of people we had in 2019. So it is a very realistic business plan, and it ensures that Air Malta will continue to be there, giving the same service and enhancing them as well.”

L-uffiċjal tal-Bank of Valletta, Albert Frendo, qal li ħafna lukandi u operaturi fl-industrija għamlu mat-tmenin miljun ewro f’talbiet għal self temporanju minħabba nuqqas ta’ likwidità.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Avukati Adrian Delia u Bernard Grech huma ż-żewġ membri tal-Partit Nazzjonalista li urew interess jikkontestaw għall-elezzjoni ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali biex dawk li jridu jikkontestaw jiddikjaraw…

COVID-19

Wieħed mill-persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar sigħat huwa gwardjan tal-ħabs. Kelliem għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qal lil TVM li waqt il-proċess ta’ contact tracing il-ħaddiem sostna li kien mar l-isptar…

Saħħa

L-għaqda mhux governattiva Hospice Malta ngħatat madwar €1 miljun mill-gvern bħala sostenn għall-ħidma li twettaq fost 1,300 familja fejn hemm każi ta’ mard serju bħal kanċer, motor neuron disease, mard…

Aktar