Saħħa
6% tal-Maltin ibatu bl-ażma

Ċifri tal-Eurostat juru li 6% tal-Maltin ibatu mill-ażma.

Iċ-ċifri juru li kien hemm żieda minima ta’ 0.2% fuq il-5.8% fl-2014.

Il-medja fl-UE fl-2019 kienet ta’ 5.7%, żieda ta’ 0.3% fuq il-5.4% tal-2014.

Il-Finlandja kellha l-ogħla rata ta’ nies ibatu bl-ażżma, 9%.

Warajha ġew il-Ġermanja u Franza bi 8% kull wieħed.

Ir-Rumanija u l-Bulgarija kellhom l-inqas rata bi 2%.

Bejn l-2014 u l-2019 il-Ġermanja rat l-ikbar żieda fil-persuni ażmatiċi, 1.9%.

L-Irlanda kellha l-ikbar tnaqqis f’dan il-perjodu bi tnaqqis ta’ 1.7%.