Lokali
6 uffiċjali tal-korpi dixxiplinati għamlu użu mid-droga fl-2020

Matul is-sena li għaddiet, tliet suldati, żewġ uffiċjali tal-Ħabs u membru tal-Korp tal-Pulizija nstab li għamlu użu minn droga jew sustanzi illegali.

It-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri, li wieġeb domandi tad-Deputat Beppe Fenech Adami dwar testijiet ta’ droga lill-membri tal-forzi dixxiplinati.

Il-Ministru Camilleri qal li fl-armata kien hemm suldat li rrifjuta li jagħmel it-test u għalhekk twaqqaf mis-servizz minnnufih skont regoli interni. Semma li ż-żewġ uffiċċjali korrettivi li nstabu pożittivi kienu abbużaw mill-kokaina.

Il-Ministru għall-Intern qal li se jressaq emendi fil-liġi li jagħtu aktar saħħa lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku f’każi bħal dawn u anke meta individwi jirrifjutaw li jagħmlu t-test.