Qorti
6 xhur ħabs wara li nqabdu b’passaport falz

Żewġt irġiel mis-Sudan, wieħed ta’ 23 u l-ieħor ta’ 28 sena weħlu 6 xhur ħabs kull wieħed wara li nqabdu b’passaport falz.

L-irġiel li m’għandhomx residenza fissa f’Malta ġew akkużati li provaw jivvjaġġaw bil-katamaran b’passaport falz.

Huma wieġbu ħatja bil-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tibgħathom 6 xhur ħabs.

Għall-akkużati deher l-avukat Victor Bugeja.