Barranin
60 persuna jingħataw il-kura wara li ajruplan tal-passiġġieri gara l-fuel f’Los Angeles

Mill-inqas sittin persuna, ħafna minnhom tfal qed ikunu ttrattati għall-irritazzjoni fil-ġilda u problemi tan-nifs wara li ajruplan tal-passiġġieri gara l-fuel fuq diversi skejjel hekk kif għamel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport internazzjonali ta’ Los Angeles.

Skont il-liġijiet tal-avjazzjoni il-fuel jista’ jintrama biss fuq żoni skedati u minn distanza għolja waqt l-inżul ta’ emerġenza.

It-titjira tal-kumpanja tal-ajru, id-Delta Airlines rritornat lejn l-ajruport minħabba ħsara fil-magna.

It-tfal u l-adulti kollha li kienu ttrattati wara l-inċident huma lkoll konnessi ma’ mill-inqas sitt skejjel li kien hemm fl-inħawi minkejja li n-natura tal-ġrieħi li ġarrbu hija minima.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit tibqa’ tbaqbaq il-kontroversja dwar konsulent ewlieni tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings minħabba li dan injora l-pariri tal-Awtoritajiet u xorta vvjaġġa waqt il-lockdown meta l-mara tiegħu kienet marida…

Barranin

Mill-ewwel ta’ Lulju, kull min jidħol fi Spanja mhux se jitqiegħed taħt kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Spanjol hekk kif qal li minn Lulju se titneħħa l-miżura…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus….

Barranin

Fir-Renju Unit, tissokta il-kontroversja dwar l-id il-leminija tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings. Il-Prim Ministru Boris Johnson appoġġja lill-konsulent ewlieni tiegħu u qal li Cummings ma kellu ebda alternattiva oħra…

Aktar