Xogħol
60% tal-ħaddiema jgħidu li tellgħu aktar xogħol mid-dar

Stħarriġ li sar mill-Forum Unjins Maltin sab li 60% tal-ħaddiema ħassew li tellgħu aktar xogħol mid-dar milli meta soltu jkunu fuq il-post tax-xogħol u kienu 8% biss li ħassew il-kontra.

L-istħarriġ sar fost 428 membru tal-Forum bejn id-29 ta’ Marzu u t-22 ta’ April.

Minnu rriżulta wkoll li 47% qalu li kienu sfurzat mill-’employers’ tagħhom biex jaħdmu mid-dar waqt li kważi 47% oħra sostnew li d-deċiżjoni ttieħdet magħhom.

Kienu 41% li ddeskrivew l-esperjenza tax-xogħol mid-dar bħala waħda pożittivi b’55% jgħidu li kien hemm aspetti pożittivi u oħrajn negattivi.

Mistoqsijin jekk sofrewx telf waqt dan il-perjodu 13% wieġbu iva, kważi nofshom qalu li raw iktar spejjeż u 22% qalu li s-sid ħallas parti mill-ispejjeż.

Madwar 46% qalu li l-fatt li kellhom membri tal-familja jaħdmu mid-dar kellu l-aspetti pożittivi u negattivi tiegħu waqt li 29% sostnew li dan il-fatt kien pożittiv.

Kien hemm ukoll 64% li qalu li se jippruvaw isibu bilanċ bejn ix-xogħol mid-dar u mill-uffiċċju meta tgħaddi l-pandemija.