Tfal
60 tifel u tifla jikkampjaw fil-ġonna tal-Palazz Presidenzjali tal-Verdala

Aktar minn 60 tifel u tifla li jattendu l-iscouts ta’ Tas-Sliema ngħataw opportunità oħra biex jiffurmaw il-karattru tagħhom filwaqt li jitgħallmu għadd ta’ ħiliet neċessarji għall-ħajja.

It-tfal bħalissa qed iqattgħu ġimgħa flimkien ikkampjati fil-ġonna tal-Palazz Presidenzjali tal-Verdala fil-Buskett fejn qed jitgħallmu jkunu aktar dixxiplinati.

F’dan il-kamp qed jieħdu sehem scouts li għandhom bejn it-12- 18-il sena u magħhom jingħaqdu tfal ta’ bejn is-7 u 8 snin. Dawn it-tfal ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom Sirjani, Afrikani, Ġermaniżi, Taljani, Ċiniżi, Russi u Maltin. Il-leader tal-iscouts Timmy Cutigno spjega li f’kull okkażjoni bħal din, din l-iscouts jiffurmaw il-karattru tagħhom.

Il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-sinjura tiegħu ngħataw merħba mill-parteċipanti f’dan il-kamp. Dr Vella qallhom li dan il-kamp mhux biss iservi biex jibnu l-karattru personali tagħhom iżda wkoll biex jiffurmaw soċjetà sana u li kapaċi tgħix fil-paċi.

Il-President spjegalhom li għandhom jitgħallmu jgħixu flimkien u jaċċettaw lil xulxin minkejja d-diversità fil-kulturi u t-twemmin. Il-President Vella qal li s-soċjetà qed issir aktar multikulturali u ħeġġiġhom biex jgħixu bħal aħwa Maltin ħalli tinħoloq atmosfera ta’ integrazzjoni biex il-pajjiż ikun aktar sigur.

Aħbarijiet Oħra
Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, uffiċjal tal-Partit Laburista qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista kisbet l-akbar…

Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali biex jirringrazzjja lil dawk kollha li ħadmu qatigħ f’dawn l-aħħar tliet ijiem, hekk kif saret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali 2019….

Aktar