Edukazzjoni
60 tomna ta’ art jgħaddu f’idejn l-Università ta’ Malta

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta ngħatat it-titlu fuq l-artijiet, tal-Junior College fl-Imsida, l-Università l-qadima fil-Belt Valletta, il-kampus ta’ Għawdex u l-istitut għal enerġija sostenibbli f’Marsaxlokk.

F’Kastilja ġie ffirmat ftehim biex l-Univeristà ta’ Malta ngħatat it-titlu fuq propjetajiet li għalkemm kienu qed jintużaw mill-Università, dan ma kellhiex titlu legali fuqhom. Bil-ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet, l-Università issa għandha titlu fuq il-kampus tal-Junior College l-Imsida, il-kampus t’Għawdex, l-Università l-qadima tal-Belt Valletta u l-istitut għal enerġija sostenibbli f’Marsaxlokk.

Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella iddiskriva dan il-ftehim bħala storiku, għaliex qal li huwa l-ikbar investiment li qatt sar fl-Università mindu twaqfet 250 sena ilu fi żmien il-Granmastru Pinto.

Prof Alfred Vella qal “ifisser li l-assi finanzjarji tal-Università żdiedu b’manjiera impressjonanti li tpoġġi din l-Università eqreb lejn universitajiet barranin li jkollhom dawn it-tip ta’ assi.”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa investiment miljunarju u bih l-Università ta’ Malta issa għandha iktar assi biex fuqhom tista tagħmel l-investimenti li għandha bżonn. Il-Prim Ministru qal li dan huwa investiment fl-istudenti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius qal li dan il-ftehim huwa prova oħra ta’ kemm il-Gvern jemmen li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-mobbiltà soċjali u mpenn biex iż-żgħażagħ isaħħu l-avvanz edukattiv tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Aktar