Lokali
6,000 ħaddiem se jingħataw kumpens għall-anomaliji u inġustizzji li sofrew matul iż-żmien

Mas-6,000 ħaddiem se jingħataw kumpens għall-anomaliji u inġustizzji li sofrew matul iż-żmien. Il-Ministri Edward Scicluna u Michael Falzon qalu li dawn il-ħaddiema ser jingħataw bejniethom €11-il miljun fi skema li bdiet sentejn ilu.

Għat-tielet sena konsekuttiva l-Gvern ser jagħti kumpens lil madwar 6,000 ħaddiem li fil-passat sofrew inġustizzja minħabba anomaliji. Il-ħaddiema li jistgħu japplikaw għal kumpens skont kriterji stabiliti kienu jaħdmu x-xatt, eks membri tal-korpi tax-xogħol u pulizija.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-Gvern ser ikompli iwettaq wegħda elettorali li saret lil dawn il-ħaddiema.

Il-Ministru Michael Falzon qal “3,000 persuna li kienu fl-ex korpi ta’ qabel l-1979 għalkemm fiżikament kienu jaħdmu fiċ-ċivil, għandek il-ħaddiema tax-xatt madwar 630, skont ftehim milħuq mal-unjin tagħhom stess u qed nitkellmu dwar il-korp tal-pulizija fejn hemm 2500 uffiċjal tal-pulizija fil-gradi ta’ maġġur, surġent maġġur u kuntistabbli li qed jitħallsu tal-overtime bi ftehim mal-unjins li kienu ħadmu għalih minn 1993 sal-2009 u 16-il sena sħaħ qatt ma ngħataw ebda kumpens.”

Il-Ministru Edward Scicluna qal li minkejja li dawn il-ħaddiema kienu tilfu d-dritt għal kumpens minħabba li każ tagħhom kien preskritt, il-Gvern xorta alloka €11-il miljun biex jikkumpensahom fuq medda ta’ snin.

“L-arranġament mal-ħaddiema kien li l-mezzi tal-pajjiż kienu li jagħmilha fuq erba’, ħamsa, seba’ snin, allura sibna l-metodu legali u tekniku kif aħna nħabbru biss is-somma għal dik is-sena u b’hekk sena wara oħra naslu li nagħtu s-somma kollha però ma ngħiduhiex bil-quddiem, nista’ ngħidlek li s’issa ser nkunu tajna 45 miljun f’din l-iskema” qal il-Ministru Scicluna.

Il-ħaddiem intitolati għal kumpens iridu japplikaw biex it-talba tagħhom tkun kunsidrata skont il-kriterji tal-iskema.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar