Lokali
60,000 persuna jisimgħu r-radju diġitali

Għaxar snin mindu f’Malta beda s-servizz tar-radju diġitali, huwa stmat li mas-60,000 persuna jisimgħu l-programmi tar-radju permezz tas-sistema diġitali li fost oħrajn għandha kwalità aħjar speċjalment għal programmi mużikali.

Ir-radju jinsab għaddej minn era ġdida u aktar Maltin qegħdin isegwu s-servizzi radjofoniċi permezz ta’ radju diġitali.

Id-differenza ewlenija bejn ir-radju diġitali u dak tradizzjonali bl-FM, hija li s-semmiegħa jistgħu jisimgħu aktar stazzjonijiet. Waqt fuq l-FM jistgħu jinqabdu mat-13 il-stazzjon fuq bażi nazzjonali bir-radju diġitali DAB+, jistgħu jinqabdu madwar 60 stazzjon.

Sergio D’Amico li huwa d-direttur tal-pjattaforma tar-radju diġitali f’Malta qal li għalkemm il-maġġoranza tas-semmiegħa għadhom jużaw ir-radju bl-FM, ir-radju diġitali qiegħed iżid fil-popolarità speċjalment mal-istazzjonijiet li jdoqqu l-mużika li fuqu tinstema ħafna aħjar.

“Id-dab Malta ilu 10 snin, konna l-ewwel pajjiż li illonċjajna id-DAB li hija l-aktar forma moderna ta’ DAB u ilu jikber għal dawn is-snin kollha. L-ikbar impatt li kien hawn hija li issa għandhom roadmap ta’ kif ser jaqilbu, mill-FM għad-DAB u plus li l-karozzi ġiet aċċetata fl-industrija li d-DAB huwa l-futur tar-radju” qal Sergio.

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, 13.4% tal-Maltin għandhom radju diġitali.

Is-sur D’Amico qal li l-kontenut fuq ir-radju diġitali jiftaħ orizzonti kbar għall-gosti varji tas-semmiegħa. Żied jgħid li vantaġġ ieħor tar-radju diġitali huwa li jagħmel possibbli li l-istazzjonijiet lokali jinqabdu minn aktar positijiet.

“Barra li hemm stazzjonijiet ġodda li aħna qed niritrażmettu minn barra tipo smooth u Jazz FM, għandek l-istazzjonijiet lokali wkoll qegħdin preżenti plus hemm stazzjonijiet ġodda Maltin li ser jiftħu wkoll, bħalissa quddiem l-Awtorità tax-Xandir għal dawn l-aħħar 4 xhur hemm applikazzjonijiet biex jiftħu ħames stazzjonijiet, once li toħroġ il-liċenzja dawn jibdew ixandru” qal Sergio.

Waqt li r-radju fil-forma tradizzjonali jinqabad minn kullimkien anki jekk mhux dejjem ikun ċar, ir-radju diġitali sal-lum jinqabad biss f’postijiet bi trażmissjoni tkun ta’ kwalità tajba. Sergio D’Amico qal li sa sentejn oħra is-servizz tad-DAB+ f’Malta ser jinvesti biex ikun jinqabad anke f’postijiet li sal-lum joffru diffikultà.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Lokali

Il-Mellieħa Holiday Centre, li qabel kienet magħrufa bħala d-Danish Village, inawgurat faċilitajiet ġodda li saru b’investiment ta’ €9 miljun. Fl-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu investiment ieħor…

Mużika

Mat-300 student illum żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Muża fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu mal-kantanta Michela u fl-istess waqt jiksbu timbru speċjali ta’ Chameleon fuq il-passaport kulturali tagħhom. Fit-tieni attività organizzata mill-PBS…

Aktar