Immigrazzjoni
62 persuna jittellgħu mejta mill-baħar viċin il-Libja

Wara li għerqet dgħajsa jumejn ilu fl-ibħra Libjani, illum ittellgħu 62 persuna mejta mill-baħar.

In-Nazzjonijiet Magħquda qalu li din hija l-akbar traġedja li seħħet fil-Mediterran mill-bidu tas-sena ‘l hawn.

Hemm ukoll aktar minn 100 persuna oħra nieqsa.

L-aġenzija tal-ONU għar-refuġjati, l-UNHCR talbet lill-pajjiżi Ewropej biex isaħħu aħjar ir-riorsi tagħhom li jsalvaw il-ħajjiet li jinsabu fil-periklu fil-baħar.