COVID-19
63 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 63 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,044 swab tests.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 39 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont ta’ persuni f’Malta li fiequ mill-Covid-19 tela’ għal 1,760.

Minn total ta’ 2,162 każijiet ikkonfermati f’Malta mill-bidu tal-pandemija, bħalissa hemm 388 li għadhom attivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-aħħar każijiet għadhom qed jiġu investigati.

Sadanittant, mill-każijiet tal-bieraħ, 5 kienu membri tal-familja minn każijiet diġà magħrufa, 3 kienu kollegi tax-xogħol ta’ każ pożittiv, 1 kien kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, każ ieħor kien impurtat, u 7 minn djar varji tal-anzjani.

Aħbarijiet Oħra

Il-kantanta Ruth Portelli il-ġimgħa li għaddiet kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Kuruni’, fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fi kliem Paul Ellul, ‘il-kanzunetta titratta dwar…

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Aktar