Droga
636 żagħżugħ u żagħżugħa mgħejjuna jiffaċċjaw diffikultajiet fosthom ta’ droga u xorb

Is-sena l-oħra 636 żagħżugħ u żagħzugħa li kellhom diffikultajiet serji ngħataw l-għajnuna mill-Aġenzija Sedqa u mid-Direttorat għall-Kura Alternattiva. Huma kienu mgħejjuna jsibu lilhom infushom u anke jibdew ħajja ġdida.

Iż-żewġ żgħażagħ kellhom dan xi jgħidu meta tkellmu ma’ TVM:

“Kien hemm diversi programmi, jien attendejt l-adp, kellna d-drama ukoll, in-nies inbidlu u fl-attività li kellna l-aħħar li kienet grupp li semmejnieh Evolve, għamilna diveri affarijiet”.

“Għenitni hafna l-FSWS u l-Youth in Focus tawni ‘social worker’ li għenitni ħafna biex nimxi mit-trawma li kelli u tawni l-opportunità nidhol fi ‘drama group’ li eventwalment minnu ħarġet ‘performance'”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Alfred Grixti qal li 14-il infermier ta’ kuljum ikunu mpenjati biex jaghtu madwar 750 doża ta’ ‘methadone’ biex dawk dipendenti fuq id-droga biex jkunu mgħejjuna anke minn għadd sostanzjali ta’ professjoni biex jibdew ħajja gdida.

Huwa spjega ukoll li n-nefqa kienet ta’ aktar minn €2.2 miljun li jfisser li kull żagħżugħ jew żagħżugħa swew aktar minn €3,600 fis-sena.

“Matul l-2020, 636 żagħżugħ u żagħżugħa avvicinaw is-servizzi fi ħdan id-Direttorat tal-Kura Alternattiva tal-Fondazzjoni, jigifieri l-Youth in Focus and Embark for Life, biex jirċievu għajnuna għall-isfidi li għandhom f’ħajjithom inkluż l-abbuż tad-droga u xorb u anke ‘addictions’ oħra bħal użu eċċessiv tal-midja soċjali”.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali u s-Solidarjeta Michael Falzon sostna li d-droga hija problema

“Id-droga mhix is-soluzzjoni, id-droga hija l-problema, it-tieni punt li aħna wkoll irridu nifhmu li ma nistgħux niġġudikaw u mmorru b’opinjoni ffurmata iżda b’id miftuħa fis-soċjetà biex ngħinu lil min għandu l-problema u l-aħħar waħda hija li rridu nfittxu ftit fil-kuxjenza bħala soċjetà għaliex qed inħossu l-bżonn li wieħed jistaħba jew ipoġġi lilu nnifsu f’periklu bis-saħħa tad-droga”.

F’konferenza li fakkret l-Jum Dinji ghall-Abbuz tad-Droga u t-Traffikar illeċitu ntqal li 40 % taż-żgħażagħ segwiti mill-Fondazzjoni huma dipendenti fuq id-droga.