COVID-19
64 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 67 oħra mfejqa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa rriżulta 64 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, minn 2,164 ‘swab test’ li saru.

Tħabbru wkoll li bejn ilbieraħ u llum 67 ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus tela’ għal 28,416.

Minn kemm ilha li feġġet il-pandemija kienu 29,343 li mardu bil-virus, bil-każijiet attivi issa niżlu għal 528.

L-aħħar ċifri juru wkoll li n-numru ta’ persuni li ħadu l-vaċċin s’issa huwa ta’ 219,161, b’60,096 ħadu t-tieni doża.

Ara wkoll:

Ebda mewt bil-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa