COVID-19
64 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 168, 37 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 64 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 168.

Dan ifisser li n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 1,609.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 37 pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid.

Minnhom 5 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 2,762 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,096,806.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus issa tela’ għal 34,439.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija jlaħħqu t-32,011.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 760,417 doża tal-vaċċin bi 399,724 ikunu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut tela’ għal 382,825.

Mit-80 każ ġdid li tħabbru lbieraħ l-età medja kienet ta’ 34 sena.

In-numru tal-vittmi tal-Covid baqa’ 423.