Lokali
6,550 tunnellata ta’ ħġieġ se jiġu użati fi prodotti ġodda

Malta m’għandhiex faċilità fejn tirriċikla l-ħġieġ iżda dan xorta qed jerġa’ jintuża. F’dawn il-jiem għadhom kif ġew esportati madwar 6,550 tunnellata ħġieġ imħallat li l-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar, Aaron Farrugia qal li huwa l-ikbar ammont ta’ ħġieġ esportat sa mill-2013.

Waqt żjara fil-Port il-Kbir hekk kif kien għaddej il-proċess għall-esportazzjoni, il-Ministru Farrugia qal li din l-inizjattiva tagħmel parti minn xogħol estensiv li qed tagħmel il-Wasteserv biex Malta timxi lejn ekonomija ċirkolari fejn ċertu materjali jiġu pproċessati u jerġgħu jiddaħħlu fis-suq.

“Dan huwa s-suċċess tan-nies għaliex fl-aħħar mill-aħħar in-nies komplew jisseparaw u wasalna għal dawn ir-riżultati pożittivi illi għandna bħala pajjiż, allura inħares ‘l quddiem biex il-poplu u l-familji Maltin ikomplu jisseparaw l-iskart għaliex bis-saħħa tagħhom il-Wasteserv tkompli tagħmel xogħolha b’mod tajjeb ħafna”.

Il-ħġieġ li nġabar miċ-ċentri għar-rimi ta’ skart goff, bring-in sites u minn wara l-bibien tan-nies qed jintbagħtu f’pajjiżi li kapaċi jbiddluhom f’prodotti oħrajn. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv, Richard Bilocca qal li s-separazzjoni tal-iskart tibqa’ kruċjali fl-istrateġija ta’ riċiklar.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar