Immigrazzjoni
66 immigrant jitwaqqfu f’Lampedusa

F’Lampedusa, sitt dgħajjes b’total ta’ 66 immigrant abbord twaqqfu mill-forzi tal-ordni Taljana. L-Awtoritajiet Taljani l-ewwel waqqfu 30 persuna li għadhom kemm niżlu u ftit wara twaqqfet dgħajsa oħra b’14-il persuna.

Ftit tal-ħin wara, il-Guardia Costiera waqfu dgħajjes bit-Tuneżini.

Is-66 immigrant ittieħdu ċ-ċentru tal-immigrazzjoni f’Lampedusa.