66 NGO se jkunu bbenefikaw minn total ta’ €900,000 li nġabru fl-Istrina 2014

Fi stqarrija tħabbar li wara li ntemm il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-proġetti infrastrutturali mit-tieni sejħa għal finanzjament mill-Fond għall-Għaqdiet Volontarji – MCCF, ibbenefikaw 28 għaqda, li jġib it-total aħħari taż-żewġ sejħiet flimkien għal 66 proġett.

Il-lista proviżorja tal-benefiċjarji ta’ din is-sejħa (Sejħa nru. 2, 2015) huma:

Thirld World Group

Pre-Youths Centre (Qawra)

Victim Support (Malta)

Physically Handicapped Rehabilitation Fund

St. Lazarus Foundation

Salesian Oratory Sliema

Dar Merħba Bik Foundation

Żgħażagħ Azzjoni Kattolika

The Provence of the Sisters of Charity

Kummissjoni Emigranti Malta

Malta Girl Guides

Down Syndrome Association

Fondazzjoni Rise

Solidarity Overseas Service Malta

Gozo Association for the Deaf

Salesian Brigade

Inspire Foundation

Malta Hospice Movement

Mental Health Association

Din l-Art Ħelwa

Richmond Foundation

Puttinu Cares

Media for Development Foundation

Fondazzjoni Suret il-Bniedem

St. John Association Malta

Emergency Response and Rescue Corp

Cross Culture International Foundation

Għaqda Żgħażagħ b’Diżabilità

B’kollox, għat-tieni sejħa, il-Fond għall-Ghaqdiet Volontarji tal-MCCF irċieva 75 applikazzjoni li minnhom instabu 48 li huma eliġibbli. Ir-riżultat kien ippreżentat lill-Bord tas-Superviżjoni tal-MCCF, nhar it-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2015, fejn ġie approvat unanimament. L-applikanti li ma ħadux għajnuna finanzjarja għandhom sal-Ġimgħa 8 ta’ Jannar 2016 biex jappellaw.

Is-sejħa li jmiss għall-finanzjament ta’ proġetti, li għaliha se jkunu jistgħu japplikaw biss l-għaqdiet volontarji reġistrati, se titħabbar fl-ewwel kwart tal-2016. Wara li jitħabbar il-ftuħ tal-applikazzjonijiet se jkun organizzat seminar ta’ informazzjoni.