COVID-19
68 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 14 oħra mfejqa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 68 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 1940swab test.

Ħabbru wkoll li 14-il ruħ oħra ġew iddikjarati li fiequ mill-virus. Minn meta faqqgħet il-pandemija fiequ 2,981 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 3,844 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 820 każ attiv.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każi l-ġodda għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet li nstabu lbieraħ, 22 kienu membri tal-familja li kellhom li xi ħadd pożittiv għall-virus, 11 kienu kollegi ta’ persuni pożittivi, ieħor kien f’kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi ieħor kien minn ġabra ta’ nies fejn kien hemm persuni pożittivi, ieħor mill-cluster ta’ Paceville u 2 impurtati.

OFFICIAL COVID-19 figures for 12•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Gepostet von saħħa am Montag, 12. Oktober 2020