COVID-19
69 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 134, 31 l-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 69 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 134.

Dan ifisser li n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 1,544.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 31 pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid.

Minnhom 5 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Il-każijiet il-ġodda feġġew minn 3,157 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,099,963.

In-numru ta’ persuni li ħadu l-virus issa tela’ għal 34,508.

Dawk li, skont l-awtoritajiet, irkupraw mill-pandemija jlaħħqu t-32,145.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 762,832 doża tal-vaċċin bi 400,760 ikunu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li ħadu t-tilqima b’mod komplut tela’ għal 385,049.

Mit-64 każ ġdid li tħabbru lbieraħ l-età medja kienet ta’ 34 sena.

In-numru tal-vittmi tal-Covid baqa’ 423.