COVID-19
7 każi ġodda ta’ Covid-19, 6 oħra mfejqa, imut raġel

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 7 każi ġodda ta’ Covid-19, waqt li 6 oħra kienu ddikjarati mfejqa.

Kien irrapportat ukoll li raġel ta’ 60 sena miet f’Mater Dei waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 2,080 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet s’issa għal 916,149.

Il-persuni li fiequ mill-Covid minn meta bdiet il-pandemija huwa ta’ 30,028.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 490,524 doża tal-vaċċin, b’189,055 huma mlaqqma b’mod sħiħ.