COVID-19
7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta

F’Malta l-ewwel każ ta’ coronavirus waqt it-tqala irriżulta fl-aħħar sigħat meta mara Taljana ta 36 sena daħlet l-isptar Mater Dei biex twelled b’ċesarja. L-awtoritajiet tas-saħħa skoprew il-każ bis-saħħa ta’ testijiet li qed jagħmlu fuq pazjenti bħal din anke jekk ma jkollhiex is-sintomi.

“Il-mara li hija tqila, ġiet skoprita waqt li aħna konna qed nagħmlu routine screeing qabel persuna tidħol tagħmel operazzjoni f’dan il-każ ċesarja Kundizzjoni ta’ din il-mara hi tajba u anke tat-tarbija u aħna se nkomplu nsegwu s-sitwazzjoni waqt li jsiru l-prekawżjonijiet kollha waqt dik il-persuna tkun qed tagħmel l-operazzjoni.”

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li din l-mara hija wahda mis-seba’ kazijiet ta’ coronavirus li nstabu fl-aħħar 24 siegħa minn 749 test. Hija spjegat li erba’ min dawn il-każijiet huma relatati ma’ safar u tlieta li huma trażmissjoni lokali.

Fost dawn il-każijiet hemm tfajla ta’ 23 sena li kienet fl-istess xift tal-impjegat tal-Lidl ta’ Ħal Safi u ttestja pożittiv aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-Profs Gauci qalet li s-sintomi tagħha bdew fl-1 ta’ April u kienet ħadmet l-aħħar fit-30 ta’ Marzu.

“Hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn diġà konna ħadna l-miżuri meħtieġa fl-istabbiliment poġġejna f’kwarantina n-nies li kienu jaħdmu fl-istess shift fosthom din it-tfajla u anke li l-istabilliment ħa disinfection measures li kien hemm bżonn.”

Fil-każijiet importati l-persuni kollha waslu Malta mill-Ingilterra u diġà kienu fi kwarantina fosthom mara Maltija ta’ 62 sena li ġiet lura mill-Awstralja b’titjira mill-Ingilterra. Il-Profs Gauci qalet li qed isir il-contract tracing tal-persuni fl-ajruplan.

Każ ieħor huwa ta’ Niġerjan li ġie Malta f’Ottubru li għadda u jgħix ġoċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far. Dan ir-raġel ma kienx imur għax-xogħol għax kellu inċident u kien imweġġa’. Qalet li sitt persuni oħra li jgħixu fil-viċin tiegħu ġew iżolati.

Is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika qalet li wieħed mill-pazjenti li kien l-ITU qaleb għall-aħjar u mar lura fl-Infections Diseases Unit filwaqt li l-pazjent l-ieħor għadu fl-ITU. B’hekk tmien pazjenti qed jinżammu fit-taqsima tal-mard infettiv, 16 fi sptar privat u l-bqija qed jirkupraw f’iżolament id-dar.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

Aktar