Barranin
7 persuni arrestati b’rabta mal-attakk fi Sri Lanka

Filwaqt li d-dinja Kristjana qamet tiċċelebra l-Għid il-kbir, fi Sri Lanka, il-poplu xxukkjat bl-attakki li fil-mira tagħhom kienu fost oħrajn diversi knejjes fejn l-Insara kienu qed jiċċelebraw l-akbar festa tar-reliġjon kattolika. B’kollox seħħew tmien splużjonijiet fi knejjes u lukandi iżda l-ikbar attakk seħħ fil-knisja ta’ San Bastjan ta’ Negombo. Fl-attakk minbarra li mietu għadd kbir ta’ nies saret ħsara strutturali kbira fil-bini. Iż-żewġ knejjes l-oħra li sfaw attakkati kienu ta’ Sant Antnin f’Kochchikade u f’Batticaloa. Attakkati wkoll erba’ lukandi, Shangri La, Kingsbury, Cinnamon Grand u lukanda oħra, ilkoll f’Colombo.

B’dieqa evidenti fuq wiċċu, il-Prim Ministru tas-Sri Lanka Ranil Wickremesinghe kkundanna l-attakk.

Fost aktar minn mitejn ruħ li mietu fl-isplużjoni ġew ikkonfermati 27 ċittadini ta’ pajjiżi barranin. Għalkemm mhux magħruf li fost il-mejta hemm Maltin, il-Ministeru għall-affarijiet barranin appella biex il-Maltin ma jivvjaġġawx lejn Sri Lanka sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Minħabba l-biża’ ta’ iktar splużjonijiet, l-awtoritajiet imponew lin-nies biex joqogħdu fi djarhom bejn is-sitta ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu. Sa issa b’rabta mal-isplużjonijiet ġew arrestati seba’ persuni. Bil-għan li jillimitaw lil min qed iwettaq l-attakki, il-Gvern waqqaf termporanjament l-użu ta’ mezzi soċjali ewlenin

Waqt il-messaġġ Urbi et Orbi fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku li żar is-Sri Lanak fl-2015 wera solidarjetà mal-insara milquta mill-attakki.

Fi Sri Lanka hemm mal-miljun u ħames mitt elf Nisrani, iżda l-maġġoranza tal-popolazzjoni tħaddnu r-reliġjon Buddista. Dan l-attakk qed jitqies bħala l-agħar wieħed mindu l-grupp militanti Tamil Tigers tilfu l-gwerra ċivili fl-2009.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Immigrazzjoni

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur…

Aktar